Adorazzjoni It-Tlieta (19/11) fil-kappella għand is-sorijiet ikun hemm Adorazzjoni animata mis-Superjur Joe Fenech fl-10.00am. Quddies għar-Romol u Laqgħa Ġublew tat-Tama Il-Ġimgħa (22/11), għall-quddiesa tas-6.30pm huma mistiedna r-romol li tilfu l-għeżież tagħhom. Min jixtieq jista’ jikteb isimhom fis-sagristija biex jissemmew fil-bidu tal-quddiesa. Wara l-quddiesa, fil-Knisja Arċipretali, ikollna t-tielet laqgħa bi preparazzjoni għas-Sena tal-Ġublew tat-Tama. It-tema ta’ […]
Author: admin
Tnejn u tletin Ħadd matul is-Sena B
San Martin Il-Ħadd, 10 ta’ Novembru fil-quddiesa tad-9.30am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin għat-tfal u l-familji. Fl-10.00am ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja It-Tlieta (12/11) jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am fis-Sala għand is-Sorijiet. Laqgħa Grupp Padre Pio L-Erbgħa (13/11) fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali jkun hawn il-laqgħa tal-Grupp […]
Wieħed u tletin Ħadd matul is-Sena B
Quddiesa fiċ-Ċimiterju Il-Ħadd, fl-4.00pm ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Matul ix-xahar ta’ Novembru, iċ-Ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesu’ jkun miftuħ kuljum bejn is-7.00am u t-3.30pm. Waqt li nirringrazzjaw li min qed jieħu l-inkarigu li jiftaħ u jara li l-post jinżamm nadif b’mod volontarju, napprezza ħafna l-koperazzjoni ta’ kulħadd biex […]
Tletin Ħadd matul is-Sena B
Ħinijiet tal-Quddies Issa li qlibna għall-ħin tax-xitwa, infakkru li l-ħin tal-quddies filgħaxija ma jinbidilx. Laqgħa dwar is-Saħħa Mentali It-Tlieta 29 ta’ Ottubru, fis-7.30pm, il-Kummissjoni Djakonija flimkien mal-Occupational Therapist Maria Daniela Farrugia u Dr Antonella Sammut, konsulenta tas-saħħa pubblika, se jorganizzaw laqgħa ta’ formazzjoni għall-adulti bl-isem “Mental Health Matters”. Il-laqgħa se ssir fis-sala tas-sorijiet. F’din il-laqgħa, […]
Disgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Rużarju fil-Beraħ Il-Leġjun ta’ Marija se jorganizza Rużarju fil-beraħ minn għada t-Tnejn (21/10) sa nhar il-Ġimgħa li ġej fil-pjazza ta’ Ħal Dwieli. Ir-Rużarju jibda fis-6.00pm u l-Ġimgħa jkun hemm quddiesa fil-pjazza wara r-Rużarju. Inħeġġu lil min jista’ sabiex jattendi, b’mod speċjali lil dawk li joqogħdu f’din iż-żona. Adorazzjoni It-Tlieta (22/10) fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe […]
Tmienja u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Festa ta’ San Franġisk Fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Franġisk u Jum il-Ħolqien, qed nistiednu lit-tfal biex iġibu l-pets u l-annimali tagħhom biex jitbierku fil-quddiesa tad-9.30am li se tkun iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Din l-attività qed issir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. Laqgħat ta’ Katekeżi Minn nhar it-Tnejn (14/10) jibdew il-laqgħat ta’ Katekeżi fis-Sala tas-Sorijiet, fis-7.30pm. Dawn il-laqgħat, […]
Sebgħa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Festa tal-Madonna tar-Rużarju Il-Ħadd, 6 ta’ Ottubru niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-4.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, fil-5.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju. Wara l-purċissjoni jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Il-Papa Franġisku qiegħed jagħmlilna sejħa biex nhar it-Tnejn 7 ta’ Ottubru 2024, Festa tal-Madonna tar-Rużarju, ikun Jum ta’ Talb u […]
Sitta u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A
Festa tal-Madonna tal-Grazzja Qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja dedikata lilha. (Il-Ħadd filgħodu ikun hemm quddies fis-7.00am u fit-8.30am). Fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali. Bidu tal-Katekiżmu Mit-Tnejn 30 ta’ Settembru jibda t-tagħlim tal-Katekiżmu fil-MUSEUM tas-Subien u fiċ-Ċentru tal-Azzjoni Kattolika. Mit-Tnejn 7 ta’ Ottubru jibda l-Katekiżmu fil-MUSEUM tal-Bniet. Rużarju u […]
Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Tberik tal-Baktijiet tal-Iskola Il-Ħadd, 22 ta’ Settembru fil-Quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tal-basktijiet tal-iskola. It-tfal kollha huma mħeġġa li jattendu u jġibu magħhom il-basket jew il-pocket tagħhom tal-iskola biex jitbierek. Laqgħat tal-Azzjoni Kattolika Minn nhar l-Erbgħa jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħat ikunu kull nhar ta’ Erbgħa fid-9.30am fis-sala għand is-sorijiet. Jekk […]
Erbgħa u għoxrin Ħadd matul is-Sena B
Festa ta’ Marija Addolorata Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ Marija Addolorata. Il-Ħadd, 15 ta’ Settembru fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni minn Fr Malcolm Saliba. Wara toħroġ il-purċissjoni akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn Misraħ San Filep, Triq Sciortino, Triq Frans Sammut u Triq il-Kbira. Ma jkunx hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Adorazzjoni It-Tlieta 17 ta’ Settembru fl-10.00am ikun […]