It-Tielt Ħadd matul is-Sena Ċ

Adorazzjoni

It-Tlieta 21 ta’ Jannar fl-10.00am issir l-adorazzjoni fil-kappella tas-Sorijiet immexxija mis-Superjur Joe Fenech.

Il-Ħamis 23 ta’ Jannar fis-6.00pm, fil-Knisja Arċipretali ikun hawn l-adorazzjoni li fiha se nitolbu b’mod speċjali għall-għaqda fost il-Knejjes Insara.

Servizz Ekumeniku

Il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar se jsir Servizz Ekumeniku mal-aħwa Nsara minn Knejjes oħra. Se jsir fil-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi fis-6.30pm. Kulħadd huwa mistieden.

Jum il-Kelma ta’ Alla

Il-Ħadd 25 ta’ Jannar, il-Knisja Universali tiċċelebra Jum il-Kelma ta’ Alla – Jum il-Bibbja. Dan il-jum ifakkarna fil-bżonn li aħna nkunu midħla tal-Kelma ta’ Alla li ddawwal ħajjitna.

Pasta Night

Il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar fis-7.30pm se ssir Pasta Night b’risq il-missjoni li żgħażagħ mill-parroċċa se jagħmlu fil-Peru’. Din l-attività se ssir fis-Sala tas-Sorijiet. Bookings fis-sagristija.

Nitolbu għal ħutna George Grima, Mario Cilia u John Gatt, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.