Festa tal-Familja Mqaddsa – Sena Ċ

Festa tal-Familja Mqaddsa

Qed niċċelebraw il-Festa tal-Familja Mqaddsa. Nitolbu b’mod speċjali għall-qdusija tal-familji tagħna. Il-Ħadd filgħaxija l-Arċisqof se jagħti bidu għall-Ġublew fid-djoċesi. Fil-5.00pm jibda pellegrinaġġ mill-Knisja ta’ San Pawl ir-Rabat għall-Katidral tal-Imdina, fejn l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa tal-ftuħ tal-Ġublew.  

Lejliet u nhar l-Ewwel tas-Sena

  • It-Tlieta (31/12), l-aħħar jum tas-sena, ikollna l-quddiesa tal-5.15pm. Fis-6.30pm, quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr lil Alla fl-għeluq tas-sena. Fi tmiem il-quddiesa, issir purċissjoni fil-knisja bl-Ewkaristija u jitkanta t-Te Deum.
  • Nhar l-Erbgħa, l-Ewwel Jum tas-Sena, Solennità ta’ Marija Omm Alla, il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. Filgħaxija jkollna quddies fil-5.30pm u fis-7.00pm.

Ġabra għad-dar tal-Providenza

Il-ġbir kollu li jsir nhar it-Tlieta filgħaxija u fl-Ewwel tas-Sena jkun b’riżq id-Dar tal-Providenza. Ilkoll nafu kemm din id-dar teħtieġ għajnuna biex toffri servizz tajjeb u professjonali lir-residenti li jgħixu fiha. Inħeġġukom tkun ġenerużi fl-għotjiet tagħkom. S’issa diġà nġabru €2,400 mill-kunċert li sar nhar is-Sibt li għadda.

Festa tal-Epifanija

Il-Ħadd li ġej, 5 ta’ Jannar, niċċelebraw il-Festa tal-Epifanija tal-Mulej. Dakinhar se niċċelebraw il-wasla tal-Maġi qabel il-quddiesa tad-9.30am. Qed nistiednu lill-familji bit-tfal biex jinġabru ħdejn iċ-Ċentru Ta’ Warda fid-9.15am sabiex jakkumpanjaw lill-Maġi sal-knisja. It-tfal jistgħu jilbsu wkoll ta’ slaten maġi. Inħeġġu lill-familji jieħdu sehem. 

Dakinhar is-Sur Albert Debono, bħala rappreżentant tas-Segretarjat tal-Karità fi ħdan l-Arċidjoċesi u responsabbli mill-Kċina ta’ Marta, se jkun fostna biex jilqa’ l-offerti li nġabru għal din l-inizjattiva. Minbarra l-ammont ta’ oġġetti ta’ ikel li nġabu minnkom, s’issa nġabru wkoll €1,300 b’riżq din l-inizjattiva li toffri l-ikla ta’ kuljum lill-persuni fil-bżonn.

Nitolbu għal ħutna John Chircop, Lina Cortis u Carmelo Gatt, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.