San Martin
Il-Ħadd, 10 ta’ Novembru fil-quddiesa tad-9.30am niċċelebraw il-festa ta’ San Martin għat-tfal u l-familji. Fl-10.00am ikun hemm quddiesa fiċ-ċimiterju ta’ Sant’Andrija u wara jsir it-tberik tal-oqbra.
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja
It-Tlieta (12/11) jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am fis-Sala għand is-Sorijiet.
Laqgħa Grupp Padre Pio
L-Erbgħa (13/11) fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali jkun hawn il-laqgħa tal-Grupp ta’ San Padre Pio.
Laqgħa għall-adolexxenti
L-Erbgħa (13/11), fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda se jkun hemm l-ewwel laqgħa għall-adolexxenti li rċevew il-Griżma tal-Isqof, jiġifieri dawk li twieldu fis-sena 2012 (Form 2). Il-laqgħa tibda fis-7.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda stess. Aktar informazzjoni minn fuq in-noticeboards tal-knisja jew ikkuntattjaw lil Fr Mario.
Laqgħa bi preparazzjoni għall-Ġublew
Il-Ġimgħa (15/11), ikollna t-tieni laqgħa bi preparazzjoni għall-Ġublew tat-Tama fis-sena 2025 imħabbar mill-Papa Franġisku. Il-laqgħa se ssir fil-Knisja Arċipretali wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. It-tema ta’ din il-laqgħa se tkun “It-Tama fl-Iskrittura”. Il-laqgħa tieħu madwar 20 minuta.
Kunċert tal-Milied
Infakkru lil dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom jieħdu sehem fil-kunċert tal-Milied mill-Kor Joy Gospel Singers, li se jsir nhar is-Sibt 21 ta’ Diċembru, ġentilment huma mitluba li jimlew formola fis-sagristija.
Intenzjonijiet tal-Quddies
Dawk li jixtiequ jiktbu l-intenzjonijiet tal-quddies għax-xhur ta’ bejn Jannar u Ġunju (2025), huma mitluba jidħlu fis-sagristija u jkellmu lil xi ħadd mis-saċerdoti.
Ġabra għall-Knisja
Il-ġabra speċjali li saret nhar il-Ħadd li għadda għall-knisja kienet ta’ €1,774. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
‘High Tea’
Se jsir High Tea b’risq il-missjoni li żgħażagħ mill-parroċċa se jagħmlu fil-Peru’, nhar il-Ħadd li ġej, 17 ta’ Novembru fit-3.00pm, fis-Sala għand is-Sorijiet. Bookings mis-sagristija.
Nitolbu għal oħtna Filippa Bartolo li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem u għall-mejtin kollha. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.