Festa ta’ San Ġużepp
Il-Ħadd, 28 ta’ Lulju fit-8.00am ikollna il-quddiesa solenni immexxija minn Mons. Ġorġ Frendo, Arċisqof Emeritu ta’ Tirana-Durres, l-Albanija, bil-paniġierku minn Mons. Edward Xuereb. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am għat-tfal u l-familji.
Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.
Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. L-offerti li nġabru mill-inizjattiva Ċirku Dsatax minn diversi benefatturi għal din il-festa laħqu s-somma ta’ €1,130. Nirringrazzjaw lil kull min jagħti s-sehem tiegħu.
Adorazzjoni
Il-Ħamis, 1 ta’ Awwissu fis-6.00pm fil-Knisja Arċipretali jkun hawn nofs siegħa adorazzjoni sa qabel il-quddiesa tas-6.30pm.
L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar
Il-Ġimgħa, 2 ta’ Awwissu wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.
Trasport għat-Talb tal-Assunta
Se jiġi organizzat trasport għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar l-Erbgħa 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. Għalhekk dawk li jixtiequ jattendu u jibbukkjaw, għandhom ikellmu lil Joe Micallef (tal-Legion of Mary) sal-11 ta’ Awwissu.
Korsijiet tal-Fakulta’ tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta
F’Ottubru li ġej, il-Fakulta’ se toffri korsijiet ta’ livelli differenti fit-Teoloġija, Studji Reliġjużi, Pastoral Psychology, Spiritwalita’, Akkumpanjament Spiritwali, Environmental Ethics u Matrimonial Canon Law. Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku jew il-paġna tal-Facebook tal-Fakulta’ tat-Teoloġija.