Festa tal-Patrun tagħna San Filep
Il-Ħadd, 2 ta’ Ġunju fit-8.00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa, immexxija mill-E.T Mons. Joe Alessandro, Isqof Emeritu ta’ Garissa, il-Kenja, bil-paniġierku mill-Kanonku Dun Stephen Attard.
Fil-5.30pm Għasar bil-quddiesa u fis-7.00pm tibda ħierġa l-Purċissjoni u tidħol lura fil-Knisja fl-10.30pm.
Preżentazzjoni tat-tfal u tat-trabi
L-Erbgħa 5 ta’ Ġunju, fil-Quddiesa tas-6.30pm, issir il-preżentazzjoni tat-tfal u t-trabi li twieldu mis-sena l-oħra ’l hawn. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi importanti li jinkiteb fis-sagristija.
Solennita Qabl Imqaddsa ta’ Ġesu’
Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju, niċċelebraw is-Solennita’ tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Filgħodu minn wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Filgħaxija fil-5.30pm ikun hawn ħin ta’ adorazzjoni fis-skiet, fis-6.10pm issir it-Talba tal-Għasar u fis-6.30pm quddiesa. Il-purċissjoni se ssir nhar il-Ġimgħa ta’ wara, jiġifieri fl-14 ta’ Ġunju.
Spejjeż tal-Festa
Nagħmlu appell biex ilkoll tagħtu s-sehem tagħkom għall-ispejjeż tal-festa billi l-envelope bl-offerta tagħkom titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. Nirringrazzjaw lil kull min diġa’ għamel offerta għall-festa.
Ktieb li jfakkar it-300 Sena tar-Relikwa
Għal min jixtieq jakkwista kopja tal-ktieb li jfakkar it-300 sena mill-miġja tar-relikwa ta’ San Filep fostna, hemm persuni inkarigati ħdejn il-bieb tal-ġenb.
F’isem is-saċerdoti u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali, nawgura l-festa t-tajba lilkom u lill-familji tagħkom.
Nitolbu għal Lewis Camenzuli, Ġużeppi Dimech u Antonia Rizzo, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.