Festa tal-Ħniena Divina
Il-Ħadd 7 ta’ April fil-5.30pm ikollna l-quddiesa u wara tkompli l-Adorazzjoni bil-Kurunella u t-talba tal-Ħniena Divina u l-Barka Sagramentali.
Laqgħa Grupp Kelma tal-Ħajja
It-Tlieta 9 ta’ April jiltaqa’ l-Grupp tal-Kelma tal-Ħajja fid-9.30am għand is-Sorijiet. Filgħaxija ssir il-laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio li tibda fis-6.00pm bir-Rużarju.
Laqgħa formattiva dwar ‘Addiction’
Il-Ġimgħa 12 ta’ April, il-Kummissjoni Djakonija flimkien ma’ Caritas qegħdin jistednukom għal-laqgħa formattiva fuq l-addiction u kif nistgħu noffru l-kura. It-tema ta’ din il-laqgħa hija: “L-addiction mhix is-soluzzjoni: kif nista’ nkun ta’ għajnuna u ta’ sapport għall-oħrajn?” Il-laqgħa se ssir fis-Sala tas-Sorijiet u tibda fis-7.30pm.
Festa tal-Lunzjata
Is-Sibt u l-Ħadd 13 u 14 ta’ April issir il-festa tal-Lunzjata fil-kappella dedikata lilha. Is-Sibt ikun hemm quddiesa fis-6.30pm u l-Ħadd il-quddiesa tal-festa tkun fis-7.00pm u tagħlaq bil-Barka Sagramentali.
Jum il-Karita’
Il-Ħadd li ġej (13-14 ta’ April) id-Djoċesi ta’ Malta tiċċelebra ‘Jum il-Karità’. Għaldaqstant il-ġbir kollu li jsir fil-quddies tas-Sibt u l-Ħadd li ġej ikun l-offerta tagħna biex ngħinu diversi ħidmiet u inizjattivi ta’ karità li twettaq il-Knisja permezz ta’ Djar u Istituzzjonijiet li joffru servizz u għajnuna lil persuni u familji fil-bżonn.
Buffet Breakfast
Għad fadal ftit postijiet għall-Buffet Breakfast li qed jorganizza l-Grupp tal-Fundraising nhar it-Tlieta li ġej, 9 ta’ April. It-trasport jitlaq fid-8.45am minn ħdejn il-Posta. Min hu interessat ikellem lil xi ħadd mill-membri tal-grupp.
Ġabra b’riżq id-Dar tal-Kleru
Il-ġabra li saret b’riżq id-Dar tal-Kleru nhar Ħamis ix-Xirka kienet ta’ €1,000 u l-offerti li għamlu t-tfal matul ir-Randan permezz tal-Karus ta’ Mħabba kienu ta’ €600. B’dawn l-offerti se ngħinu tfal milquta mill-gwerra li għaddejja fl-Art Imqaddsa.
Nitolbu għal ħutna Nazzareno Cortis, Emanuel Tanti u Phyllis Garufi, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.