Ġimgħa ta’ Talb
Minn nhar il-Ħamis 18 sal-25 ta’ Jannar tibda l-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost il-Knejjes Insara mad-dinja kollha. Xieraq li f’għaqda mal-Knisja Universali nitolbu biex il-knejjes insara differenti jkunu dejjem iżjed ħaġa waħda bejniethom. Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Jannar se jsir Servizz Ekumeniku f’Saint Andrew’s Scotts Church li tinsab fi Triq Nofsinhar, il-Belt Valletta, fis-6.30pm, b’rabta ma’ din il-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda tal-Knejjes. Kulħadd huwa mistieden.
Adorazzjoni
It-Tlieta 16 ta’ Jannar fl-10.00am, fil-kappella ta’ San Ġużepp ikun hemm l-adorazzjoni li jmexxi s-Superjur Joe Fenech.
Laqgħa għall-Ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina
It-Tlieta wkoll fis-7.00pm se ssir laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina f’Mejju li ġej. Il-laqgħa se ssir fis-Sala Parrokkjali (Domus).
Fuljett ‘Flimkien’
Intom u ħerġin mill-knisja nistednukom sabiex tieħdu kopja tal-FLIMKIEN tax-xhur Jannar u Frar. Ikun apprezzat jekk tistgħu tieħdu kopja lil xi persuni anzjani jew li ma jistgħux joħorġu u joqogħdu fil-viċinanzi tagħkom.
Ġabra Speċjali
Il-ġabra speċjali li saret il-weekend li għadda għall-ħtiġijiet tal-Knisja kienet ta’ €1,336. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.
Nitolbu għal ħutna Gużeppi Grech, Emanuel Spiteri u Dennis Cilia, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.