It-Tielet Ħadd tal-Avvent – Sena B

Kunċert tal-Milied

Is-Sibt, 16 ta’ Diċembru wara l-quddiesa tas-6.30pm ikun hawn kunċert tal-Milied mill-Kor Cappella Sanctae Catherinae. Jibda fis-7.30pm u kulħadd huwa mistieden.

Tberik tal-Bambini

Il-Ħadd, 17 ta’ Diċembru fil-quddiesa tad-9.30am se jsir it-tberik tal-Bambini. Għalhekk inħeġġu lill-familji jattendu u nistiednu lit-tfal biex iġibu magħhom il-Bambin jew xi presepju żgħir li jintramaw fid-dar biex jitbierku.

Novena tal-Milied

Matul il-ġimgħa nkomplu bin-Novena bi preparazzjoni għall-Milied. Il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun animata bil-kant mill-Kor Parrokkjali u bis-sehem tal-membri tal-għaqdiet. Fi tmiem il-quddiesa ssir ċelebrazzjoni b’riflessjoni u tagħlaq bil-barka Sagramentali.

Ċelebrazzjoni għat-Tfal

It-Tnejn, 18 ta’ Diċembru fil-5.30pm, fil-Knisja Arċipretali, se jkollna ċelebrazzjoni għat-tfal minn Year 1 sa Year 4 animata miċ-Ċentri tal-Katekiżmu.

Adorazzjoni

It-Tlieta, 19 ta’ Diċembru fl-10.00am ikun hemm l-adorazzjoni fil-Kappella tas-Sorijiet li jmexxiha is-Superjur Joe Fenech.

Ċelebrazzjoni tal-Milied fil-Parroċċa

Il-Ħadd, 24 ta’ Diċembru lejlet il-Milied, il-quddies ta’ filgħaxija jkun fil-5.15pm u fis-6.30pm. Fis-6.00pm toħroġ il-purċissjoni bil-Bambin mill-qasam tal-MUSEUM tas-Subien u tintemm fil-Knisja Arċipretali għas-7.15pm, fejn ikun hawn ċelebrazzjoni madwar Ġesù Bambin bis-sehem tat-tfal. Fil-10.45pm tibda Velja b’riflessjonijiet u kant u l-Prietka mit-tfal. Fil-11.30pm tibda l-Quddiesa Solenni tal-lejl tal-Milied. Nhar il-Milied(it-Tnejn) il-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.

Intom u ħerġin mill-knisja tistgħu tieħdu kopja tal-programm tal-festi tal-Milied. Tajjeb li ssegwu minn fuqu minħabba l-ħinijiet tal-quddies nhar il-Milied u l-Ewwel tas-Sena.  

Kċina ta’ Marta

Matul dan iż-żmien tal-Avvent u l-Milied, il-parroċċa tagħna se tkun qed tgħin fl-inizjattiva tal-Kċina ta’ Marta li s-Segretarjat tal-Karita’ fi ħdan l-Arċidjoċesi qed jorganizza biex joffri ikel ta’ kuljum lil persuni u familji fil-bżonn. Għaldaqstant min jixtieq jgħin f’din l-inizjattiva jista’ jġib affarijiet ta’ ikel u jqegħdhom ħdejn l-artal tal-Kunċizzjoni. Dawk li jixtiequ jagħmlu offerta ta’ flus jistgħu jagħmlu l-offerta fl-envelopes li hemm ħdejn l-altar tal-Kunċizzjoni u jgħadduha lil xi ħadd mis-saċerdoti jew ipoġġuha fil-kaxxa li hemm ħdejn l-altar. 

Leave a Reply