Tlieta u tletin Ħadd matul is-Sena A

Laqgħa għar-Romol

It-Tlieta, 21 ta’ Novembru jkun hawn laqgħa għar-romol li tibda bil-quddiesa tat-8.00am fil-Knisja Arċipretali u wara laqgħa għalihom fis-Sala tas-Sorijiet.

Adorazzjoni

Nhar it-Tlieta, fil-kappella għand is-sorijiet ikun hemm Adorazzjoni animata mis-Superjur Joe Fenech fl-10.00am.

Ċentru Żgħażagħ ta’ Warda

Fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ Ta’ Warda se nibdew grupp ġdid għall-adolexxenti li rċevew il-Griżma tal-Isqof, jiġifieri dawk li twieldu fis-sena 2011 (Form 2). L-ewwel laqgħa għal dan il-grupp se ssir nhar il-Ħamis 23 ta’ Novembru fis-7.00pm fiċ-Ċentru Ta’ Warda.

Tesserament Azzjoni Kattolika

Il-Ġimgħa, 24 ta’ Novembru, fid-9.30am ikun hawn quddiesa fil-Knisja Arċipretali li fiha jsir it-Tesserament tal-membri tal-Azzjoni Kattolika.

Quddiesa għar-Romol

Għall-quddiesa tas-6.30pm huma mistiedna r-romol li tilfu l-għeżież tagħhom. Min jixtieq jista’ jikteb isimhom fis-sagristija biex jissemmew fil-bidu tal-quddiesa.

Laqgħa għall-koppji miżżewġa

Fis-7.00pm se ssir laqgħa oħra għall-koppji miżżewġa għand is-Sorijiet fis-Sala ta’ fuq. Il-kelliem se jkun Fr Ivan Attard O.P.

Vestizzjoni tal-Abbatini

Is-Sibt, 25 ta’ Novembru, tmint itfal mill-parroċċa tagħna se jagħmlu l-Vestizzjoni tal-Abbatini fil-quddiesa tas-6.30pm fil-Knisja Arċipretali. Nawguraw lil dawn it-tfal li se jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini u nitolbu għalihom. 

Sena Liturġika tal-Knisja

Il-Ħadd, 26 ta’ Novembru, nagħlqu s-Sena Liturġika tal-Knisja bil-festa ta’ Kristu Sultan. Mons. Arċisqof se jmexxi ċelebrazzjoni ta’ talb fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fil-5.00pm. 

Laqgħat ta Riflessjoni

Bi preparazzjoni għal-Liturġija tal-Ħadd, matul il-ġimgħat tal-Avvent se jibdew laqgħat ta’ riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla. L-ewwel laqgħa se tkun it-Tlieta 28 ta’ Novembru, fis-7.00pm, fil-Knisja Arċipretali. Il-laqgħat ikomplu kull nhar ta’ Tlieta fil-ġimgħat ta’ wara. 

Applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja

Is-segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija javża li se jinfetħu l-applikazzjonijiet għad-dħul tat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja. Għal aktar informazzjoni u dettalji, idħlu fil-website tal-Kurja.

Nitolbu għal ħutna Victor Grech u Maria Attard, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Leave a Reply