Il-Ħamsa u Għoxrin Ħadd matul is-Sena A

Festa tal-Madonna tal-Grazzja

Il-Ħadd, 24 ta’ Settembru qegħdin niċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Grazzja fil-knisja dedikata lilha. (Il-Ħadd filgħodu ikun hemm quddies fis-7.00am u fit-8.30am). Fis-6.00pm issir il-quddiesa solenni tal-festa li tagħlaq bl-Antifona u l-Barka Sagramentali.

Tberik tal-basktijiet tal-iskola

Fil-Quddiesa tal-Ħadd, 24 ta’ Settembru, tad-9.30am se jsir it-tberik tal-basktijiet tal-iskola. It-tfal kollha huma mħeġġa li jattendu u jġibu magħhom il-basket jew il-pocket tagħhom tal-iskola biex jitbierek.

Magħmudija

Il-Ħadd, 24 ta’ Settembru, fil-quddiesa tal-5.30pm jiġi ċċelebrat is-Sagrament tal-Magħmudija.

Laqgħat tal-Azzjoni Kattolika

Minn nhar l-Erbgħa, 27 ta’ Settembru, jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħat ikunu kull nhar ta’ Erbgħa fid-9.30am fis-sala għand is-sorijiet. Jekk hawn xi nisa li jixtiequ jingħaqdu ma’ dan il-grupp huma mistiedna għal-laqgħa ta’ nhar l-Erbgħa li se tibda b’quddiesa.

Festa tal-Madonna tar-Rużarju

Din il-ġimgħa niċċelebraw il-festa tal-Madonna tar-Rużarju. L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa ikunu ġranet tat-Tridu. Fis-6.00pm jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat u fis-6.30pm quddiesa bil-kant. Il-Ħadd filgħaxija, fl-4.30pm tingħad it-talba tal-Għasar, fil-5.00pm quddiesa kantata bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u wara purċissjoni bix-xbiha tal-Madonna akkumpanjata bit-talba tar-Rużarju li se tgħaddi minn dawn it-toroq: Sant’Antnin, Mula, Mamo, Santu Rokku u l-Kbira. Wara l-purċissjoni jkun hawn il-quddiesa tas-7.00pm. Dawk li jixtiequ jakkumpanjaw bħala fratelli fil-purċissjoni tkun ħaġa sabiħa li jattendu għall-quddiesa.

Sejħa għal Abbatini

Nixtiequ nħeġġu iktar tfal biex isiru abbatini fil-parroċċa tagħna. L-abbatini mhux biss jgħinu fis-servizz fuq l-altar fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, imma jkollhom ukoll laqgħat u attivitajiet oħra biex ikomplu jiffurmaw ruħhom b’valuri tajbin. Dawk it-tfal, subien u bniet, li diġa’ għamlu l-Ewwel Tqarbina u jixtiequ jibdew jagħtu servizz bħala abbatini, jistgħu jiġbru applikazzjoni mis-sagristija.

Nitolbu għal oħtna Margerita Camilleri, li mietet matul din il-ġimgħa. Agħtiha, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

Leave a Reply