Festa San Ġużepp
- Il-Ħadd, 30 ta’ Lulju fit-8.00am quddiesa solenni bil-paniġierku minn Patri Joseph Zahra OP. Il-quddiesa ta’ wara tkun fl-10.00am (mhux fid-9.30am) għat-tfal u l-familji.
- Fis-6.00pm ikun hawn quddiesa bil-kant li fiha jingħad l-Għasar. Fis-7.30pm toħroġ il-purċissjoni li tidħol lura fl-10.00pm u tagħlaq bl-antifona u l-Barka Sagramentali.
Min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjeż tal-festa ta’ San Ġużepp huwa mitlub jitfa’ l-offerta tiegħu fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar. L-offerti li nġabru mill-inizjattiva Ċirku Dsatax minn diversi benefatturi għal din il-festa laħqu s-somma ta’ €1,075. Nirringrazzjaw lil kull min jagħti s-sehem tiegħu.
Adorazzjoni
Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Ewkaristija sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.
Trasport għall-Velja ta’ Talb f’Ta’ Pinu
Se jigi organizzat trasport għall-velja ta’ talb tal-Assunta li se ssir fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ġewwa Għawdex nhar il-Ħadd 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija. Qiegħed jiġi organizzat trasport; għalhekk dawk li jixtiequ jattendu u jibbukkjaw ghandhom ikellmu lil Joe Micallef (Legion of Mary) sal-11 ta’ Awwissu.
Indulġenza tal-Porzjunkola
Bejn nofsinhar ta’ nhar it-Tlieta 1 ta’ Awwissu u filgħaxija ta’ nhar l-Erbgħa 2 ta’ Awwissu wieħed jista’ jikseb l-indulġenza magħrufa bħala Tal-Porzjunkola. Din l-indulġenza kien talabha San Franġisk innifsu 800 sena ilu, f’dehra li kellu ta’ Ġesù, bl-iskop li l-bnedmin jaqilgħu l-maħfra ta’ dnubiethom u jinħelsu mill-pieni tal-purgatorju. Biex wieħed jikseb din l-indulġenza għandu jżur xi Knisja Franġiskana jew Knisja Parrokkjali, jitlob il-Missierna, il-Kredu u skont l-intenzjoni tal-Papa, u jersaq għas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin f’xi ġurnata qrib dawn il-ġranet.
Nitolbu għal ħutna Karmena Cassar, Karmena Byers, Emanuel Cutajar u Philip Ciantar, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.