Adorazzjoni
It-Tlieta fl-10.00am ikun hemm l-Adorazzjoni mmexxija mis-Superjur Joe Fenech fil-kappella ta’ San Ġużepp għand is-Sorijiet.
Jum in-Nanniet
Il-Ħadd li ġej 23 ta’ Ġunju, fuq xewqa tal-Papa Franġisku, se jkun qed jiġi ċċelebrat Jum in-Nanniet. Għalhekk il-quddiesa tad-9.30am se tkun animata b’mod speċjali għal din l-okkażjoni. Nistiednu b’mod speċjali lin-nanniet biex jattendu għal din il-quddiesa flimkien mal-familji tagħhom.
Festa San Filep 2024
Minħabba li s-sena d-dieħla il-Festa ta’ San Filep ser tiġi mal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, nixtieq ninfurmakom li l-festa ser tiġi iċċelebrata Ħadd qabel, fit-2 ta’ Ġunju.
Programm tal-Festa ta’ San Ġużepp
Ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja hemm fuljetti bil-programm tal-Festa ta’ San Ġużepp li ser niċċelebrawha il-Ħadd 30 ta’ Lulju. Miegħu hemm envelope biex wieħed jagħmel offerta għall-festa. L-envelope bl-offerta tagħkom nitlobkom iġġibuh magħkom fil-knisja u titfgħuh fil-kaxxi li hawn ħdejn l-altar.
Lejla Maltija fid-Dar tal-Kleru
Id-Dar tal-Kleru, li tilqa’ fiha saċerdoti anzjani u morda, ser torganizza Lejla Maltija fid-dar stess, l-Erbgħa 26 ta’ Lulju, mis-7.00pm ’il quddiem. Aktar dettalji issibuhom fil-poster li hemm fin-Notice Boards tal-Knisja.