Jum il-Vokazzjonijiet
Il-Ħadd, 30 ta’ April, il-Knisja Universali tiċċelebra Jum il-Vokazzjonjijiet. Huwa dmir tagħna li nitolbu biex is-sejħa li l-Mulej jagħmel lil xi wħud għas-saċerdozju tkun milqugħa.
Ġabra f’Jum il-Karità
Id-Djoċesi ta’ Malta qed tiċċelebra Jum il-Karità. Għaldaqstant il-ġbir kollu li jsir fil-quddies ikun l-offerta tagħna biex ngħinu diversi ħidmiet u inizjattivi ta’ karità li twettaq il-Knisja permezz ta’ Djar u Istituzzjonijiet li joffru servizz u għajnuna lil persuni u familji fil-bżonn.
Adorazzjoni s-Seminarju
Il-Ħamis, 4 ta’ April il-parroċċa tagħna ġiet mistiedna mis-seminarju biex nieħdu sehem fl-adorazzjoni li ssir kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fil-Kappella tas-Seminarju li fiha jsir talb speċjali għall-vokazzjonijiet u għas-seminaristi li qegħdin fil-formazzjoni. L-adorazzjoni tibda fis-6.30pm u wara jkun hemm quddiesa. Min jixtieq juża t-trasport li qed torganizza l-parroċċa jinkiteb fis-sagristija sa nhar l-Erbgħa filgħodu.
Quddiesa u Adorazzjoni
Il-Ġimgħa, 5 ta’ April, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am.
Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Kinder
L-iskola primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ tixtieq tinfurmakom li qed tilqa’ reġistrazzjonijiet tat-tfal għall-ewwel sena tal-Kinder. Dawk il-ġenituri li għandhom tfal li twieldu fis-sena 2020 jistgħu jiġbru l-applikazzjoni mill-iskola. Dawn it-tfal jibdew skola f’Ottubru 2023. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 2598 7660 / 80.
Restawr tal-Koppla
Ix-xogħol tar-restawr fuq il-koppla, flimkien ma’ sistema ġdida li ddawwalha waslu fit-tmiem. Din il-ġimgħa wkoll għandu jinġieb il-kwadru tal-Erwieħ mir-restawr u tinkixef il-prospettiva wara t-tindif u x-xogħol li sar fuqha. Il-kwadru se jkun inawgurat fl-10 ta’ Mejju filgħaxija. Grazzi lil kull min ta s-sehem tiegħu u kull min jixtieq ikompli jgħin fl-ispejjez li saru f’dawn ix-xogħlijiet.
Reffiegħa għall-festa ta’ San Filep
Dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara ta’ San Filep huma mitluba li jieħdu formola mis-sagristija u jirritornawha lura mimlija flimkien ma’ fotokopja tal-karta tal-identita’. Jekk hawn xi fratelli li lesti jieħdu sehem fil-purċissjoni ta’ San Filep nhar il-festa huma mitluba jkellmu lill-Arċipriet sal-14 ta’ Mejju.
Nitolbu għal ħutna Giovanna Zahra u Melda Muscat li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.