Quddiesa Speċjali għaż-Żgħażagħ
Il-Ħadd 8 ta’ Jannar ikollna quddiesa b’mod speċjali għaż-żgħażagħ fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali. Nistiednu liż-żgħażagħ tal-parroċċa tagħna sabiex jieħdu sehem.
Laqgħa Kunsill Patorali Parrokjali
Nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-6.30pm fis-Sala taħt l-Uffiċċju Parrokkjali.
Laqgħa Grupp Padre Pio
It-Tlieta 10 ta’ Jannar fil-Knisja Arċipretali jiltaqa’ l-Grupp ta’ Padre Pio. Il-laqgħa tibda fl-4.30pm bil-quddiesa. Imexxi l-laqgħa Fr Philip Cutajar ofm Cap.
Adorazzjoni
Kull nhar ta’ Ħamis fil-Knisja Arċipretali ssir nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat li tibda fis-6.00pm.
Ġabra b’riżq id-Dar tal-Providenza
Il-ġbir li sar b’riżq id-Dar tal-Providenza fil-bidu tas-sena fil-Knisja Arċipretali u fil-knejjes l-oħra li fihom isir il-quddies, laħaq is-somma ta’ €8,500. F’isem id-Direttur Fr Martin Micallef nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.
Nitolbu għal ħutna Maria Doris Bugeja, Emanuel Attard u Salvina Cascun, li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.