Mixja Favur il-Ħajja
Għal dawk li jixtiequ jattendu l-mixja favur il-Ħajja li se ssir l-Ħadd, 4 ta’ Diċembru, fit-3.00pm fil-Belt, se jkun hemm trasport li jitlaq minn ħdejn il-Posta fis-2.00pm.
Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni
Nhar il-Ħamis, 8 ta’ Diċembru, niċċelebraw il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni. Dakinhar se jingħad ir-Rużarju mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija wara l-quddiesa tas-7.00am u fis-6.00pm. Filgħaxija r-Rużarju jingħad quddiem Ġesu’ Espost u wara tingħata l-Barka Sagramentali. Fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Anġli se jkun hemm quddiesa fil-5.30pm.
Volontarjat fl-Albanija
Infakkru fl-esperjenza ta’ volontarjat li l-parroċċa se toffri ġewwa l-Albanija f’Lulju li ġej għal żgħażagħ minn 18 sa 30 sena. Dawk li huma interessati għandhom jikkuntattjaw lil Fr Mario Dimech sal-15 ta’ Diċembru.
Kant lejlet il-Milied
Infakkru li jekk hawn xi tfal li jixtiequ jieħdu sehem fil-kant lejlet il-Milied qabel il-quddiesa tal-lejl tal-Milied, il-ġenituri huma mitluba li jiktbuhom fis-sagristija.
Laqgħa għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2023
Il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru se ssir laqgħa għall-għarajjes li se jiżżewġu s-sena d-dieħla. Il-laqgħa se ssir fis-Santwarju tal-Qalb ta’ Ġesù, fis-7.30pm.
Griżma tal-Isqof
Il-Griżma tal-Isqof is-sena d-dieħla se tiġi ċċelebrata f’dawn il-ġranet u ħinijiet: is-Sibt 14 ta’ Ottubru fl-4.30pm il-bniet u l-Ħadd 15 ta’ Ottubru fid-9.15am is-subien.
Coffee Morning
Nhar it-Tlieta, 6 ta’ Diċembru, jkollna l-Coffee Morning b’risq il-knisja, fis-Sala tas-Sorijiet, fid-9.30am.
Matul din il-ġimgħa tajna l-aħħar tislima lil Bernice Cassar u Sr Anselmina Mifsud, soru Franġiskana minn Ħaż-Żebbuġ. Nitolbu għalihom. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.