Bidu tal-Avvent
Fil-quddiesa tal-Ħadd, 27 ta’ Novembru fid-9.30am isir it-tberik tal-Girlanda tal-Avvent. It-tfal huma mistiedna jġibu l-girlanda tagħhom biex titbierek waqt il-quddiesa.
Adorazzjoni
Il-Ħamis, 1 ta’ Diċembru fis-6.00pm ikun hawn l-Adorazzjoni quddiem Ġesu’ Ewkaristija fuq it-tema tal-liturġija tat-tieni Ħadd tal-Avvent.
Quddiesa, Adorazzjoni u Tesserament tal-Membri tal-Azzjoni Kattolika
Il-Ġimgħa, 2 ta’ Diċembri tkun l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, wara l-quddiesa tas-7.00am ikun hawn adorazzjoni fis-skiet sa qabel il-quddiesa tat-8.00am. Fid-9.00am se jkun hawn quddiesa li fiha jsir it-tesserament tal-membri tal-Azzjoni Kattolika.
Kant lejlet il-Milied
Jekk hawn xi tfal li jixtiequ jieħdu sehem fil-kant lejlet il-Milied qabel il-quddiesa tal-lejl tal-Milied, nitlob lill-ġenituri tagħhom jiktbuhom fis-sagristija.
Volontarjat fl-Albanija
Bħala parroċċa se nkunu qed noffru esperjenza ta’ volontarjat flimkien mal-Patrijiet Dumnikani ġewwa l-Albanija f’Lulju li ġej għal żgħażagħ minn 18 sa 30 sena. Dawk iż-żgħażagħ interessati għandhom jikkuntattjaw lil Fr Mario Dimech sal-15 ta’ Diċembru. Il-postijiet huma limitati.
Coffee Morning
It-Tlieta 6 ta’ Diċembru se jsir Coffee Morning b’risq il-knisja, fis-Sala tas-Sorijiet, fid-9.30am.
Nitolbu għal ħutna Josianne Farrugia, Santino Gauci u Roderick Agius, li mietu matul din il-ġimgħa. Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.