Reġistrazzjoni għall-Katekiżmu
Infakkru li dawk it-tfal li se jibdew il-katekeżi għall-ewwel darba, il-ġenituri tagħhom huma mitluba li jiġbru l-applikazzjoni tar-reġistrazzjoni mill-uffċċju jew mis-Sagristija. Fil-każ ta’ tfal subien iridu jimtlew żewġt applikazzjonijiet. Għalissa jirregistraw biss dawk it-tfal li s-sena d-dieħla se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Tfal ta’ ħames snin għalissa ma jirreġistrawx.
Navzaw ukoll li jekk hemm xi tfal li qed imorru katekeżi u għadhom qatt ma mlew il-formola ta’ reġistrazzjoni, il-ġenituri tagħhom huma mitluba li jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tat-tfal tagħhom. Min ikollu xi diffikulta’ hu mitlub li jkellem lill-Arċipriet.
Santi ta’ Tifkira
Dawk li għadhom ma ġabrux is-Santa ta’ Tifkira tal-Ewwel Tqarbina u tal-Griżma tal-Isqof li saru is-sena l-oħra huma ġentilment mitluba li jiġbruhom mill-uffiċċju parrokjali.
Infrakku li l-Uffiċċju Parrokkjali qed jiftaħ it-Tlieta mid-9.30am sal-11.30am u il-Ġimgħa mill-4.30pm sas-6.00pm.
Esperjenza għall-abbati Gianluca Vella
Nawguraw lill-abbati Gianluca Xuereb li f’dawn il-ġranet se jkun il-Vatikan biex jgħin lil Mons. Frans Bonnici. Hu se jkun qed jgħin lil numru ta‘ abbatini biex jagħtu servizz fil-Vatikan. Għal Gianluca din hi r-raba’ sena li tiela il-Vatikan. Nifirħulu u nitolbu ghalih.