Festa ta’ San Filep
Ilkoll naqblu li ċċelebrajna festa sabiħa fiċ-ċirkostanzi li qiegħdin fihom. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla li l-festa għaddiet b’wiċċ il-ġid, l-Arċipriet u l-Kleru, flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min ta s-sehem tiegħu.
Qalb ta’ Ġesu’
Il- Ħadd 20 ta’ Ġunju se niċċelebraw il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesu’. Mis-1.30pm il-quddiem, Ġesu’ Ewkaristija se jkun espost fil-Knisja sas-6.00pm għall-adorazzjoni tagħna. Fis-6.00pm ikollna Quddiesa. Fis-7.00pm tibda l-Quddiesa tal-Qalb ta’ Ġesu’, segwita minn purċissjoni qasira li ssir fil-Knisja. It-tfal tal-Ewwel Tqarbina mħeggin biex jattendu.
Dwal tal-Knisja (LEDs)
Komplejna l-proġett biex id-dawl fiss tal-knisja jinqaleb kollu LEDs. Matul dawn l-aħħar ġranet biddilna d-dawl kollu tas-saqaf tal- knisja.
Tender għar-Restawr tal-Koppla tal-Knisja Arċipretali
Dan ġie ppublikat u wieħed jista’ jakkwistah mill-website tal-arċidjoċesi (knisja.mt) sas-16 ta’ Lulju 2021. Fit-22 ta’ Lulju se jintgħażel il-kuntrattur li se jieħu x-xogħol biex eventwalment jibda ir-restawr tant mistenni. Ħajr kbira lill-Perit Mario Ellul li ħa ħsieb il-permessi u d-dokument tat-tender għal dan il-proġett, liema proġett se jkun iffinanzjat mill-fondi Ewropej.
Patrimonju tad-Dar San Ġużepp
Kien hemm sblokk fuq il-kwistjoni li kellna mall- Kurja fuq diversi oġġetti ta’ patrimonju li kienu qed jinżammu il-Kurja tal-Arċisqof għal ‘safe keeping’ li kienu ttieħdu mid-Dar San Ġużepp, meta kienet għamlet żmien ma tintużax. Fil-ġranet li ġejjin, wara li jitlestew il-formalitajiet tar-rikorsi, għandna l-kelma li se jiġu rritornati lura biex ikunu jistgħu jitgawdu mill-ġdid mill-poplu Żebbuġi.
Il-Ġabra Speċjali li saret fi tmiem il- Ġimgħa l-oħra laħqet is- Somma Sabieħa ta’ €2800.
Il-Lotterija b’risq il-Festa intrebħet bil-biljett numru 39, Serie GHI (kulur ikanġi fiċ-ċelest)
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: John Cutajar, Ċetta Schembri u Luqa Xuereb. Agħtihom O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.