Il-Programm tal-Festa fil-Qosor
- It-Tnejn, fil-5.30pm, Quddiesa speċjali għat-tfal, Fit-7.45pm, se ssir Quddiesa mtella’ miż-żgħażagħ fil-Knisja Arċipretali.
- It-Tlieta, Quddiesa speċjali fid-9:30am, għall-morda u l-anzjani. Fis-7:30pm, Lejla Kulturali u thnedija tal-ktieb fuq l-Istatwa ta’ San Filep: “Fontana’s St Philip of Agira – contextual, stylistic and technical considerations.” Il- ktieb li hu ta’ livell għoli ħafna se jkun jiswa €50.
- L-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa: Jiem tat-Tridu, skont kif hemm fil-programm. It-Tridu se jkun immexxi mill-Kanonku Dun Edward Xuereb. Fl-ewwel Jum tat-tridu se jiġu mistiedna dawk li ċċelebraw xi anniversarju speċjali s-sena li għaddiet. Min se jkun se jatttendi importanti li jħalli ismu fis-sagristija.
- Is-Sibt, fis-6:00pm, issir it-Tranżulazzjoni u Quddiesa; Fit-8:00pm Quddiesa bis-sehem taż-żewġt każini tal-Banda .
- Il-Ħadd, Jum il-Festa, fit-8:00am, issir il-Quddiesa Konċelebrata Solenni tal-Festa bil-paniġierku mmexxi minn Fr Jesmond Grech. Fis-6:00pm quddiesa u fis-7:00pm quddiesa tal-Għeluq tal-Festa, li tingħalaq bil-barka Sagramentali.
Il-Kappella tal-Visitazzjoni
Il-Kappella tal-Visitazzjoni li tinstab f’ Wied Qirda se tkun miftuħa għall-Pubbliku llum il-Ħadd bejn id-9:00am u 12:00pm u l-4:00pm u 6:00pm . Ħajr lil Alfred Agius, Guza Agius u Anton Caruana li f’dawn l-aħħar xhur ħadu ħsiebha.
Quddiesa u preżentazzjoni tat-trabi
Nhar il-Ħamis, 17 ta’ Ġunju, bil-Quddiesa fis-7.00pm fil-Knisja Arċipretali. Peress li se tingħata tifkira żgħira, min se jattendi mportanti li jinforma lil xi ħadd mill-Kummissjoni Familja kif ktibna fl-ittra jew jibgħat sms lill-Arċipriet.
Laqgħa Padre Pio
Nhar it-Tlieta fil- 5.00pm
Ġabra Speċjali
Din il-ġimgħa l-ġabra speċjali ser issir b’risq il-Festa ta’ San Filep
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem matul din il-ġimgħa: Jane Ciantar u Gianna Pisani. Agħtihom, O Mulej, il-Mistrieħ ta’ Dejjem.